8
| GestFest - updated 2010-05-19 | ||
Il-Kullegg Santa Tereza bil-kollaborazzjoni ta. Birkirkara F.C. Youth Nursery u bis-sehem ta' Msida Football Nursery, Lija Iklin Football Niursery u Balzan Y. Football Nursery, qed jorganizzaw MARATONA ta' FUTBOL ta' 42 siegha mill-Gimgha 21 ta' Mejju fis-7.30pm sal Hadd 23 ta' Mejju fi 12.00pm fil-grounds tan-Nursery ta' Birkirkara. Il-Principal tal-Kullegg Santa Tereza Frank Fabri fisser waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li din se tkun it-tieni edizzjoni tal-GestFest li l-għan taghha hu li jingabru fondi b'rizq il-COMMUNITY CHEST FUND kif ukoll b'rizq il-Kullegg Santa Tereza stess. Fost l-attivitajiet se jkun hemm loghob tal-futbol, basketball, abseiling, klassijiet tal-ezerċizzju fiziku, tabletennis u tournaments tal-PlayStation 3. Nhar il-Ġimgha 21 ta' Mejju se jittella' musical li se jkun qed jiccelebra x-xoghlijiet muzikali ta' Andrew Lloyd Webber. Is-Sibt 22 ta' Mejju fis -2.00pm se jieħdu sehem f'loghba futbol kontra l-ghalliema tal-Kullegg il-Membri Parlamentari filwaqt se jkunu armati żewġ big screens biex id-dilettanti kollha tal-futbol jaraw il-finali taċ-Champions League bejn Inter u Bayern Munich kif ukoll se jkun organizzat CHAMPIONS LEAGUE FINAL BARBECUE waqt il-final. Biljetti jinkisbu mill-bar tan-nursery. Il-Hadd fl-10.30am se tkun organizzata loghba bejn BIRKIRKARA FC u EX PLAYERS TA' BIRKIRKARA F.C. li se jġib miegħu t-tazza tal-kampjonat Malti. Se jkun hemm ukoll ħames blalen iffirmati mill-plejers ta' Birkirkara li se jkunu rkantati b'rizq il-COMMUNITY CHEST FUND. | ||
|
||
| back | ||
|
|
||